• Jack Ryan – Shadow Recruit

  • ***

    Direttur:        Kenneth Branagh
    Atturi:            Chris Pine, Kiera Knightley, Kevin Costner
    Ħin:                105 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Fil-bidu l-film juri l-Jack Ryan għadu żgħażugħ  qed jara l-ħruq tat-Twin Towers fuq it-tv fin-9/11 waqt li qed jattendi l-London School of Economics, fl-Ingilterra. Għalhekk jiddeċiedi li jiddedika ħajtu biex jipproteġi l-pajjiżu, l-Amerika, minn kull għadu barrani jew domestiku. Waqt li jkun qed iservi fl-Afghanistan il-helicopter tiegħu jiġi mwaqqa’ u Jack jispiċċa ferut. Waqt li jkun qed ifiq mill-feriti tiegħu żewġ persuni mportanti jidħlu fil-ħajja tiegħu: Cathy, studenta tal-mediċina, u l-Kmandant tas-CIA Thomas Harper li jipperswadi lil Jack biex jissieħeb fis-CIA bħala analista. Għaxar snin wara Jack qed jgħix ma Cathy fi New York u jaħdem bħala detective f’Wall Street, bil-moħbi josserva l-fondi li setgħu kienu konnessi ma’ gruppi terroristi. Hemm jiskopri ħjiel ta’ konfoffa russa biex titfarrak l-ekonomija Amerikana. Harper jibgħat lil Jack Moska biex jinvestiga din il-ħaġa aktar fil-fond. Il-moħħ wara din il-konfoffa, Viktor Cherevin, iħoss li Jack huwa perikoluż u jordna li jiġi eleminat.  Waqt li Jack ikun konċentrat fuq li jiskappa l-bullets u jfixkel l-attentati fuq ħajtu, Cathy taħseb li Jack qed jibdila ladarba qed jiskarta milli jgħidilha eżatt x’inhu jagħmel.
     
    Film thriller, il-ħames wieħed fis-sensila ta’ Jack Ryan, ispirat mill-kitba ta’ Tom Clancey. Dan il-film imur lura lejn l-oriġini ta’ Jack Ryan bħala aġent tas-CIA, rwol li b’xi mod tixbaħ lil dik ta’ James Bond. Film interssanti u mimli azzjoni. Fih xeni ta’ vjolenza u kliem ħażin. Jgħodd għal dawk il-fuq minn 15 il-sena.