-
Monasteru Santa Katerina
-
Sorijiet Agostinjani
-
Indirizz
Triq ir-Repubblika,
Il-Belt
VLT 1116
-
Telefon
2122 1154
Fl-1580 għadd ta’ xebbiet kienu jgħixu flimkien fil-palazz tal-MarkiŻi Giovanni u Katerina Vasco Oliviero, fil-Belt, u kienu jieħdu ħsieb it-tfal biex ibegħduhom mill-perikli tad-dinja. Huma sejħu l-Għaqda tagħhom ‘Orfani della Misericordia’ . Fl-1606 iddeċidew li jgħixu bħala sorijiet klawstrali. Din il-ħaġa għoġbot lill-MarkiŻi li, fl-1611, ħallewlhom ġidhom kollu biex il-palazz isir monasteru. Il-Papa Piju IX għarafhom bħala sorijiet Agostinjani fl-1849 u fit-3 ta’ Settembru 1851, 16-il soru għamlu l-Professjoni tagħhom. Fl-1946 ġew uffiċjalment magħrufin bħala membri tat-Tieni Ordni Agostinjan.
-