-
Riżultati tal-Poloz
Riżultat tal-Poloz tal-Każijiet Serji 2015 tal-Applikanti ta’ Skola Bla Kontinwità
Riżultat tal-Poloz tal-Każijiet Serji 2015 tal-Applikanti Oħra
Riżultat tal-Poloz ta’ Parteċipazzjoni Form 1 Subien
Riżultat tal-Poloz ta’ Parteċipazzjoni Form 1 Bniet
Riżultat tal-Poloz ta’ Parteċipazzjoni Year 1 Subien
Riżultat tal-Poloz ta’ Parteċipazzjoni Year 1 Bniet
Riżultat tal-Poloz tal-Għażla Form 1 Subien
Riżultat tal-Poloz tal-Għażla Form 1 Bniet
Riżultat tal-Poloz tal-Għażla Year 1 Subien
Riżultat tal-Poloz tal-Għażla Year 1 Bniet
Riżultat tal-Poloz tal-Għażla Kinder 2 Subien
Riżultat tal-Poloz tal-Għażla Kinder 2 Bniet
Riżultat tal-Poloz tal-Għażla Kinder 1 Subien
Riżultat tal-Poloz tal-Għażla Kinder 1 Bniet
Lista ta’ Applikanti
Applikanti skont l-Ewwel Kriterju – Form 1 Subien
Applikanti skont l-Ewwel Kriterju – Form 1 Bniet
Applikanti skont l-Ewwel Kriterju – Year 1 Subien
Applikanti skont l-Ewwel Kriterju – Year 1 Bniet
Applikanti skont l-Ewwel Kriterju – Kinder 2 Subien
Applikanti skont l-Ewwel Kriterju – Kinder 2 Bniet
-
Avvizi
Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja fl-2015
Postijiet fis-Skejjel tal-Knisja – Form 1
Postijiet fis-Skejjel tal-Knisja – Year 1
Postijiet fis-Skejjel tal-Knisja – Kinder 2
Postijiet fis-Skejjel tal-Knisja – Kinder 1
Bdil fil-Ħin tal-Polza ta’ Parteċipazzjoni – 21 ta’ Marzu 2015
Postijiet fil-Kindergartens tal-Iskejjel tal-Knisja – Aġġornata 14 ta’ Mejju 2015
-
Proċess tad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta 2015-2016
Il-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta jiddetermina d-dħul fl-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja.
Id-dħul fl-iskejjel tal-Knisja huwa marbut mas-sena tat-twelid. Applikazzjonijiet għad-dħul fil-livelli differenti għandhom isiru skont kif spjegat hawn taħt.
Agħfas fuq is-sena rispettiva biex tniżżel ir-Regolamenti għad-Dħul:
Fl-ewwel sena kindergarten dawk li twieldu fis-sena 2012
Fit-tieni sena kindergarten dawk li twieldu fis-sena 2011
Fl-ewwel sena primarja dawk li twieldu fis-sena 2010
Fl-ewwel sena sekondarja dawk li twieldu fis-sena 2004
Każijiet Serji – Agħfas hawn biex tniżżel ir-Regolamenti għad-Dħul
Asylum Seekers – Agħfas hawn biex tniżżel ir-Regolamenti għad-Dħul
-
Dati – Mili ta’ Applikazzjonijiet
1. Applikazzjonijiet skont l-Ewwel Kriterji:
Djar / Aħwa / Impjegati / Transfers / Bla Kontinwità / Eżentati
Dikjarazzjoni mill-iskola tagħhom 17/18/19 ta’ Novembru 2014 mid-9.00 sa nofsinhar
Applikazzjonijiet: f’St Angela Zabbar, St Elias, St Michael’s jew is-Seminarju 24/25/26 ta’ Novembru 2014 mid-9.00 sas-2.00
Fl-ewwel ġurnata jimtlew applikazzjonijiet ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri A-G;
it-tieni ġurnata dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri Ħ-Z.
Il-ġurnata l-oħra hija miftuħa għal kulħadd.
2. Applikazzjonijiet skont il-Kriterju: Każijiet Serji:
2.1 Dawk skont l-Ewwel kriterji: Djar / Aħwa / Impjegati / Transfers / Bla Kontinwità
Dikjarazzjoni mill-iskola tagħhom: 17/18/19 ta’ Novembru 2014 mid-9.00 sa nofsinhar
Iċemplu għal appuntament fuq 2590 6306/ 2590 6756: 17/18/19 ta’ Novembru 2014 mit-8.30 sas-2.00
Applikazzjonijiet bl-appuntament: Il-Kurja tal-Arċisqof, Floriana 24/25/26/27 ta’ Novembru 2014
2.2 Dawk skont it-Tielet kriterju: Applikanti Oħra
Iċemplu għal appuntament fuq 2590 6306/ 2590 6756: 26/27/28/29 ta’ Jannar 2015 mit-8.30 sas-2.00
Applikazzjonijiet bl-appuntament: Il-Kurja tal-Arċisqof, Floriana, 2/3/4/5 ta’ Frar 2015
3. Applikazzjonijiet skont it-Tielet Kriterju: Applikanti Oħra
Dawn isiru bejn id-9.00 ta’ filgħodu u nofsinhar f’dawn il-ġranet u f’waħda minn dawn l-iskejjel
skont din l-iskeda
L-ewwel sena kindergarten: Twieldu fis-sena 2012
It-Tnejn u t-Tlieta 2-3 u t-Tnejn 9 ta’ Frar
Is-Seminarju – Rabat St Angela – Msida St Angela – Żabbar St Joseph – Blata l-Bajda Theresa Nuzzo – Zejtun It-tieni sena kindergarten: Twieldu fis-sena 2011
It-Tnejn u t-Tlieta 26-27 ta’ Jannar u t-Tnejn 2 ta’ Frar
St Aloysius College Primary Balzan St Angela – Żabbar St Joseph – Blata l-Bajda St Joseph – Paola Theresa Nuzzo – Ħamrun L-ewwel sena primarja: Twieldu fis-sena 2010
It-Tnejn u t-Tlieta 2-3 u t-Tnejn 9 ta’ Frar
De La Salle College – Birgu Kulleġġ Missjunarju San Pawl – Rabat St Augustine – Pietà St Aloysius College Primary Balzan St Aloysius College Secondary B’Kara L-ewwel sena sekondarja: Twieldu fis-sena 2004
It-Tnejn u t-Tlieta 26-27 u l-Ġimgħa 30 ta’ Jannar
De La Salle College – Birgu Is-Seminarju – Rabat St Elias – Santa Venera St Michael – St Venera Fl-ewwel ġurnata jimtlew applikazzjonijiet ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri A-G;
it-tieni ġurnata dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri Ħ-Z.
Il-ġurnata l-oħra hija miftuħa għal kulħadd.
-
Dokumenti Meħtieġa mill-Applikanti
1. Min japplika għandu jieħu miegħu dawn id-dokumenti:
a. Il-Kattoliċi jippreżentaw Ċertifikat tal-Magħmudija (oriġinali, u mhux fotokopja). b. Ċertifikat tat-Twelid (tal-Insinwa) tat-tifel / tifla (oriġinali, u mhux fotokopja). ċ. Il-Karta tal-Identità ta’ missier jew omm it-tifel / tifla. M’hemmx bżonn ta’ fotokopja. d. Ritratt tat-tifel / tifla (daqs ta’ passaport). e. Jekk il-ġenituri huma separati jeħtieġ id-dokument riċenti li jindika l-kustodja u r-responsabiltà għall-edukazzjoni tat-tifel/ tifla. Fejn ir-responsabiltà għall-edukazzjoni tat-tifel/ tifla hija konġunta, tenħtieġ ittra ffirmata miż-żewġ ġenituri li jaqblu li ssir l-applikazzjoni. Mad-dokumenti mitluba f’a-e, iridu jiġu ppreżentati wkoll id-dokumenti msemmija hawn taħt skont il-kriterju li wieħed qed japplika fih: f. Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja: Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mid-Direttur tad-Dar tal-Knisja li turi lit-tifel/ tifla huwa/ hija residenti fid-Dar tal-Knisja. Din id-dikjarazzjoni għandha ssir dakinhar tal-applikazzjoni. Għandha tiġi ndikata wkoll l‑iskola li għandu jinkiteb fiha t-tifel/ tifla.
ġ. Jekk qed tapplika skont il-Kriterju tal-Aħwa: - Ċertifikat tat-twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tal-aħwa l-oħra (oriġinali);
- Fotokopja tal-Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri;
- Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mill-kap tal-iskola fejn jattendu
l‑aħwa l-oħra.
g. Jekk qed tapplika skont il-Kriterji tal-Impjegati, ta’ transfers jew ta’ Skola bla Kontinwità: Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mill-kap tal-iskola.
għ. Dawk li ġew eżentati mill-attendenza għandhom japplikaw mingħajr ħlas u dokumenti. h. Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ Każijiet Serji: Spjegazzjoni bil-miktub tar-raġunijiet serji, ċertifikati rilevanti, l-istatement of needs maħruġ mill-istatementing moderating panel u l-IEP. Meta l-każ għadu mhux konkluż mal-istatementing moderating panel tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, tiġi ppreżentata kopja tal-applikazzjoni għand l-istatementing board jew rapport dwar il-bżonnijiet tat-tifel/ tifla mingħand educational psychologist. Min ikun għadu ma ġiex statemented huwa obbligat li jippreżenta li statement of needs meta dan jingħata.
2. Il-ħlas għall-applikazzjoni hu ta’ €14.
-
Proċeduri f’każ ta’ ksur tar-Regolamenti tad-Dħul fl-iskejjel tal-Knisja
Agħfas hawn biex tniżżel il-proċeduri f’każ ta’ ksur tar-Regolamenti tad-Dħul fl-iskejjel tal-Knisja
Agħfas hawn biex tniżżel il-kjarifika mitluba lill-Konferenza Episkopali dwar rapporti anonimi