L-Uffiċċju tal-Immaniġjar tal-Kollezzjonijiet Artistiċi huwa ddedikat li jistabilixxi sistema standardizzata u uniformi fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta f’dak li għandu x’jaqsam mal-immaniġġjar tal-arti u l-artifatti sagri. Dan jinkludi prattiċi mużeali fil-manteniment ta’ inventarji inventarji tal-kollezzjonijiet fil-parroċċi u l-knejjes tal-Arċidjoċesi.
Dawn l-inventarji huma essenzjali għaliex jiżguraw li l-Arċidjoċesi tissalvagwardja l-patrimonju artistiku tagħha, hekk kif inhu wkoll mitlub mil-Liġi ta’ Malta dwar il-wirt kulturali. Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-Kollezzjonijiet joffri wkoll għajnuna fit-twaqqif ta’ mużewijiet parrokkjali ħodda u l-immaniġġjar tagħhom. Dan jinvolvi assistenza f’wirjiet, żvilupp ta’ narrativi, riċerka u sapport lill-voluntiera.
Kompilatur Uffiċjali tal-Inventarju tal-Arċidjoċesi
Mons. Dr Edgar Vella
Email: [email protected]
Uffiċjal Anzjan tal-Kollezzjonijiet
Dr Matthias Ebejer
Tel: 25906432
Email: [email protected]
Uffiċjal tal-Kollezzjonijiet
Maria Dobos Falzon
Tel: 25906146
Email: [email protected]
Riżorsi
Formula għad-Donazzjoni
(Digriet Episkopali 203/2023)
Din il-formola għandha timtela f’każ li tingħata donazzjoni ta’ oġġetti storiko-artistiċi li ma jaqbżux il-valur stmat ta’ €5,000. Meta d-donazzjoni ta’ oġġetti tammonta għal valur ogħla minn dak imsemmi, għandu jsir dokument notarili insinwat. Id-dokumentazzjoni kollha għandha tintbagħat lill-membri tal-Uffiċċju tal-Immaniġjar tal-Kollezzjonijiet Artistiċi.
Formula għal Self
L-Uffiċċju jipprovdi l-għajnuna b’self ta’ artifatti f’wirjiet lokali u barra minn Malta. Din il-formola għanda tiġi mimlija wara li jinħarġu l-approvazzjonijiet meħtieġa mill-Kunsill Patrimonju tal-Knisja Kattolika (KPKK). F’xi każijiet, għandha ssir ‘nail-to-nail’ insurance u tiġi mehmuża mad-dokument. L-Uffiċċju joffri wkoll assistenza fil-preparazzjoni ta’ dawn id-dokumenti.