Delegat Episkopali Għall-Evanġelizzazzjoni
Prof. Nadia Delicata
Imejl: [email protected]
Malta Bible Foundation
Website: bible.mt
Il-Fondazzjoni Biblika Maltija twaqqfet fl-2021 bil-mandat tal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex sabiex tkompli l-ħidma fejjieda li l-Għaqda Biblika Maltija għamlet sa mill-1958 u tindirizza aħjar il-ħtiġijiet pastorali tal-lum fid-dawl tas-sinjali taż-żminijiet. Bħala membru tal-Catholic Biblical Federation u l-United Bible Societies, li tagħhom hija membru, l-għan tal-Fondazzjoni jibqa’ dak li taħdem biex l-għarfien u l-istudju tal-Bibbja jkompli jixxerred fil-Gżejjer Maltin, kif ukoll li tkompli tissaħħaħ u tiġġedded it-traduzzjoni tal-Bibbja bil-Malti mill-ilsna oriġinali billi din tinżamm aġġornata u bbażata fuq l-aħħar studju u tagħlim tal-Knisja.
RCIA
Website: welcome.church.mt
L-RCIA huwa ffurmat minn tim żgħir li jilqa’ u jakkumpanja nies minn kull sfond li jkunu fi vjaġġ biex isiru Kattoliċi jew biex jiġu kkonfermati fil-fidi Kattolika. Mill-perjodu tal-Evanġelizzazzjoni, sal-katekumenat, sal-perjodu intens tal-purifikazzjoni u t-tidwil, sal-Mistagoġija post-magħmudija, dawk li jfittxu s-sagramenti tal-bidu jinbidlu f’esperjenza radikali li “ssir knisja” li hija liturġika, kateketika u profondament komunali. L-esperjenza ta’ sena sħiħa ta’ tagħlim dwar l-istorja tas-salvazzjoni, kif rivelata fl-Iskrittura, u kif din tibqa’ tasal fit-tradizzjoni, hija esperjenza rikka ta’ fejqan, ħbiberija u ċelebrazzjoni. L-Arċisqof jilqa’ personalment il-katekumeni kollha u jamministralhom is-sagramenti tal-Magħmudija, il-Griżma u l-Ewkaristija Mqaddsa f’kull Vġili tal-Għid fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Duwa
Website: duwa.mt
Il-proġett Duwa, inizjattiva ggwidata mill-Vigarjat għall-Evangelizzazzjoni fl-Arċidjoċesi ta’ Malta, hija inizjattiva immirata lejn l-għanijiet tal-fejqan u t-tkabbir. Bl-għeruq tagħha fil-viżjoni tal-Papa Franġisku tal-Knisja bħala “sptar fuq il-kamp tal-battalja” u ispirat mis-sejħa tiegħu għall-fejqan bħala “post fejn ix-xjenza tiltaqa’ mal-umanita’,” il-proġett duwa jipprovdi appoġġ psiko-spiritwali infurmat mit-trawma mfassal għall-ħtiġijiet uniċi tal-komunitajiet li qed jevolvu f’Malta. Billi jintużaw l-approċċi psikoterapewtiċi u l-kura spiritwali, inrawmu vjaġġ trasformattiv ta’ fejqan, reżiljenza, u kura spiritwali. Miftuħa għal kulħadd, irrispettivament mill-fidi jew l-isfond kulturali, Duwa tilqa’ individwi u familji fil-vjaġġ ta’ rkupru, benesseri, u żvilupp spiritwali.