Vigarju Episkopali għall-Kordinament Pastorali
Dun André Zaffarese
Telefown: 25906507
Imejl: [email protected]
Il-Vigarjat Episkopali għall‑Kordinament Pastorali twaqqaf fid‑dawl tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet li ntemm f’Ottubru 2024, fejn il‑Papa Franġisku enfasizza fuq l‑importanza tas‑sinodalità fil‑ħajja u l‑missjoni tal‑Knisja.
Il‑Vigarjat hu responsabbli li jgħin lill‑Isqfijiet fl-implimentazzjoni tal‑viżjoni u l‑prijoritajiet tal‑Knisja f’Malta u fil‑kordinament tal‑ħajja u l‑ħidma pastorali fi ħdan l-Arċidjoċesi. Dan iseħħ b’ħidma kontinwa mal‑vigarjati, u entitajiet oħra tal‑istess Arċidjoċesi li jieħdu ħsieb id‑diversi ħidmiet u ħtiġijiet tal‑Knisja.
Fost l‑oħrajn, il‑Vigarjat hu responsabbli wkoll jara li l‑entitajiet, il-parroċċi, il‑kummissjonijiet u l‑gruppi tal‑Knisja qed jaħdmu flimkien sabiex jiġġeddu ħalli l‑ħidma pastorali tal‑Knisja f’Malta tibqa’ relevanti u sostenibbli fil‑snin li ġejjin għall‑ġid tas‑soċjetà.
Segretarjat għall-Ħajja u l-Ħidma fil-Parroċċi
Is-Segretarjat Parroċċi huwa l-organu fi ħdan il-Vigarjat Episkopali għall-Kordinament Pastorali, responsabbli biex jassisti, isegwi u jikkordina l-ħidma pastorali fil-parroċċi territorjali, il-parroċċi personali u ċ-chaplaincies tal-lingwi. Hu mmexxi minn Fr André Zaffarese, Vigarju Episkopali għall-Kordinament Pastorali. L-iskop tas-segretarjat huwa li jgħin lill-parroċċi jagħrfu l-bżonnijiet pastorali emerġenti, jassisitihom biex iħejju ruħhom għalihom u jkun ta’ sostenn fit-twettieq tagħhom.
Is-segretarjat jagħti importanza partikolari lill-formazzjoni tal-operaturi pastorali fi ħdan il-parroċċi u l-ħidma tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Hu jaqdi d-dmirijiet tiegħu id f’id ma’ segretarjati, kummissjonijiet, entitajiet oħra, speċjalment mal-Kulleġġ tal-Kappillani.
Is-segretarjat jassisti u jikkordina wkoll il-fratellanzi fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Katekeżi Tul il-Ħajja
Rev. Dr David Torpiano
Telefown: 25906619
Imejl: [email protected]
Website: katekezi.mt
Il-Ministeru għall-Katekeżi Tul il-Ħajja fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta jikkoordina l-aspetti varji tal-formazzjoni kateketika tal-Insara, b’mod partikolari tal-familji Kattoliċi fid-diversi stadji tal-ħajja tagħhom.
Spiritual Development in Schools
Rev. Reuben Gauci
Tel: 25906503
Email: [email protected]
Website: www.sds.mt
The Spiritual Development in Schools Unit within the Archdiocese of Malta is responsible for pastoral ministry in State and Independent schools, coordination of religious counsellors in State schools and continuous contact with State and Independent schools to support them in the spiritual and moral development of students and all the school communities.
Malta Catholic Youth Network (MCYN)
Benjamin Flores Martin, Delegat
Tel: 25906505
Email: [email protected]
Website:mcyn.org
L-irwol prinċipali tad-Delegat għaż-Żgħażagħ huwa li jikkordina u jsostni ix-xogħol li jsir maż-żgħażagħ fid-Djoċesi filwaqt li jżomnm djalogu miftuħ mas-soċjetà sekulari. Agħfas hawn għal iktar informazzjoni.
Kummissjoni Djoċesana Tfal
Sr Anna Sammut, Delegat
Tel: 21487282
Mob: 99846310
Email: [email protected] jew [email protected]
L-irwol tad-Delegat għat-Tfal hu li tieħu ħsieb il-formazzjoni spiritwali, soċjali u umana tal-kummissjoni afdata lilha. Dan isir permezz ta’ laqgħat darba fix-xahar kif ukoll live-ins, tal-inqas tliet darbiet fis-sena. Hu fir-responsabbiltà tad-delegat li t-tfal imsemmija jiġu mħarrġa biex isemmgħu leħinhom fil-Knisja u ‘l quddiem ikunu mexxejja responsabbli fi ħdan il-Knisja.
Moviment ta’ Kana
Email: [email protected]
Dr Joe Cassar, President
Tel: 22238000
Mob: 79300759
Email: [email protected]
Website:canamovement.org
Ir-rwol tal-president hu li jmexxi l-Moviment ta’ Kana li jaħdem fil-pastorali tal-familja. Il-Moviment Kana jħejji lill-għarajjes għas-sagrament taż-żwieġ, jakkumpanja lill-familji fil-mixja tagħhom, joffri servizzi ta’ counselling u jgħin permezz ta’ numru ta’ support groups.
Relazzjoni mal-Għaqdiet u Movimenti (FORUM)
Angèle Cassar
Email: [email protected]
L-irwol prinċipali tal-FORUM huwa li joffri post fejn l-għaqdiet, movimenti u komunitajiet kattoliċi tal-lajċi jiltaqgħu, jgħinu lil xulxin u jippjanaw il-ħidma tagħhom flimkien fi spirtu ta’ komunjoni, djalogu u solidarjetà.
Kummissjoni Djoċesana Sport
Karl Cortis, Delegat u President
Tel: 25906509
Email: [email protected]