-
Il‑funzjonijiet reliġjużi li ser imexxi l‑Arċisqof Charles J. Scicluna fl‑okkażjoni tal‑Milied jibdew fil‑Lejl tal‑Milied.
Is‑Sibt 24 ta’ Diċembru 2016, fil‑11:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t‑talba tal‑Liturġija tas‑Sigħat fil‑Quddiesa ta’ Nofsillejl fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral tal‑Imdina. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ħadd 25 ta’ Diċembru, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta u fuq TVM.
Is‑Sibt 31 ta’ Diċembru, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr fi tmiem is‑sena, bil‑kant tat‑Te Deum, fil‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ħadd l‑1 ta’ Jannar 2017, fid‑9.00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Jum il‑Paċi, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ħadd 8 ta’ Jannar, fid‑9:15 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑Epifanija fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.