L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet
Solennita’ – Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Ġen 1:1 – 2:2
Salm: 103 (104):1-2a,5-6,10,12,13-14,24,35ċ
It-Tieni Qari: Ġen 22:1-18
Salm: 15 (16):5,8,9-10,11
It-Tielet Qari: Eż 14:15 – 15:1
Salm: Eż 15:1-2,3-4,5-6,17-18
Ir-Raba’ Qari: Is 54:5-14
Salm: 29 (30):2,4,5-6,11,12a,13b
Il-Ħames Qari: Is 55:1-11
Salm: Is 12:2-3,4bċd,5-6
Is-Sitt Qari: Bar 3:9-15,32 – 4:4
Salm: 18 (19):8,9,10,11
Is-Seba’ Qari: Eżek 36:16-17a,18-28
Salm: 41 (42):3.5bċd; 42 (43):3,4
It-Tmien Qari: Rum 6:3-11
Salm: 117 (118):1-2,16ab-17,22-23
L-Evanġelju: Lq 24:1-12
Kmieni mas-sebħ ta’ l-ewwel jum tal-ġimgħa marru ħdejn il-qabar u ħadu magħhom il-fwejjaħ li kienu ħejjew. Huma sabu l-ġebla mgerba minn quddiem il-qabar, imma meta daħlu fih, il-katavru tal-Mulej Ġesù ma sabuhx hemm. U kif kienu mħassbin fuq dan, f’daqqa waħda dehrulhom quddiemhom żewġt irġiel libsin ilbies jiddi. In-nisa, mimlijin bil-biża’, baxxew għajnejhom lejn l-art; imma dawk qalulhom: “L-għala qegħdin tfittxuh qalb il-mejtin lil min hu ħaj? M’huwiex hawn, imma qam. Ftakru x’kien qalilkom meta kien għadu fil-Galilija, meta qal li jeħtieġ li Bin il-bniedem jingħata f’idejn il-midinbin, ikun mislub, u fit-tielet jum iqum mill-imwiet.” U huma ftakru kliemu. Telqu lura minn ħdejn il-qabar u marru jagħtu l-aħbar ta’ dan kollu lill-Ħdax u lill-oħrajn kollha. Kienu Marija ta’ Magdala u Ġwanna u Marija ta’ Ġakbu u n-nisa l-oħra li kellhom magħhom; huma kienu li qalu b’dan lill-appostli. Imma d-diskors tagħhom l-appostli stħajjluh thewdin, u ma emmnuhomx. Madankollu Pietru qam u mar b’ġirja lejn il-qabar; tbaxxa biex iħares, imma ma rax ħlief faxex, u raġa’ lura d-dar mgħaġġeb b’li kien ġara.