• San Luqa 3:1-6

    Fis-sena ħmistax tal-ħakma ta’ Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi tetrarka tal-Galilija, ħuh Filippu tetrarka ta’ l-artijiet ta’ l-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja tetrarka ta’ Abileni, fiż-żmien meta l-uffiċċju ta’ qassis il-kbir kien f’idejn Anna u Kajfa, il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni bin Żakkarija, fid-deżert. U ġie fl-inħawi kollha ta’ madwar il-Ġordan, ixandar magħmudija ta’ ndiema għall-maħfra tad-dnubiet, kif hemm imniżżel fil-ktieb tal-profeziji ta’ Isaija:
     
         ‘Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert:
         Ħejju t-triq tal-Mulej,
         iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu.
         Kull wied jimtela,
         kull muntanja u għolja titbaxxa,
         il-mogħdijiet mgħawwġa jiddrittaw,
         u t-triqat imħarbta jitwittew.
         U l-bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni ta’ Alla.’
     

    Qaddis tal-jum: San Nikola ta’ Bari