L-Ewwel Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Ġen 9, 8-15
Salm: 24 (25), 4-5ab.6-7bċ.8-9
It-Tieni Qari: 1 Piet 3, 18-22
L-Evanġelju: Mk 1, 12-15
F’dak iż-żmien, l-Ispirtu ħareġ lil Ġesù fid-deżert. U baqa’ fid-deżert erbgħin jum, jiġġarrab mix-Xitan. Kien jgħix mal-bhejjem selvaġġi, u kienu jaqduh l-anġli.
Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il -Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju”.