Is-Seba’ Ħadd tal-Għid – Tlugħ il-Mulej fis-Sema
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 1:1-11
Salm:
46 (47):2-3,6-7,8-9
It-Tieni Qari:
Ef 1:17-23

L-Evanġelju: Mt 28:16-20

Il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw. 

Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien.”