Is-Seba’ Ħadd tal-Għid – Tlugħ il-Mulej fis-Sema
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 1,1-11
Salm: 46 (47), 2-3.6-7.8-9
It-Tieni Qari: Ef 1, 17-23
L-Evanġelju: Mt 28, 16-20
Il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw.
Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien.”