It-Trinità Qaddisa – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 34, 4b-6.8-9
Salm:
Dan 3, 52.53.54.55.56
It-Tieni Qari:
2 Kor 13, 11-13

L-Evanġelju: Ġw 3, 16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu:  “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.

Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla”.