-
-
It-Tieni Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Baruk 5, 1-9
Salm: 125 (126), 1-2ab. 2ċd-3.4-5.6
It-Tieni Qari: Fil 1, 4-6.8-11L-Evanġelju: Luqa 3, 1-6
-
Fis-sena ħmistax tal-ħakma ta’ Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi tetrarka tal-Galilija, ħuh Filippu tetrarka tal-artijiet tal-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja tetrarka ta’ Abileni, fiż-żmien meta l-uffiċċju ta’ qassis il-kbir kien f’idejn Anna u Kajfa, il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni bin Żakkarija, fid-deżert.
U ġie fl-inħawi kollha ta’ madwar il-Ġordan, ixandar magħmudija ta’ ndiema għall-maħfra tad-dnubiet, kif hemm imniżżel fil-ktieb tal-profeziji ta’ Isaija: “Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu. Kull wied jimtela, kull muntanja u għolja titbaxxa, il-mogħdijiet mgħawwġa jiddrittaw, u t-triqat imħarbta jitwittew. U l-bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni ta’ Alla!”.