Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Iż 48, 17-19
Salm: 1, 1-2.3.4 u 6
L-Evanġelju: Mt 11, 16-19
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Inxebbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajtu lil sħabhom u jgħidu: “Daqqejnielkom il-flawt, u ma żfintux, għannejnielkom in-niket, u ma bkejtux!”.
Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu: “Għandu fih xitan”. Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u qegħdin jgħidu: “Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin”. Imma l-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess”.
Qaddis tal-jum: San Damasu I, Papa