Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 11, 21b-26
Salm: 97, 1-6
L-Evanġelju: Mt 10, 7-13
F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u sejrin xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejqu l-morda, qajmu l-mejtin, fejqu l-imġiddmin, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qorq u lanqas ħatar: għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu.
Fil-belt jew raħal fejn tidħlu, araw ikunx hemm min jixraqlu tmorru għandu, u ibqgħu f’daru sa ma titilqu minn hemm. Meta tidħlu f’dar, sellmu lin-nies tagħha, u jekk tkun dar li jixirqilha, ħa jiġi fuqha s-sliem tagħkom. Imma jekk tkun dar li ma jixirqilhiex, ħa jerġa’ lura għandkom is-sliem tagħkom.”
Qaddis tal-jum: San Barnaba, Appostlu