Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Iż 65:17-21
Salm: 29 (30):2,4,5-6,11-12a,13b
L-Evanġelju: Ġw 4:43-54
F’dak iż-żmien, Ġesù telaq mis-Samarija lejn il-Galilija; għax Ġesù stess xehed li profeta ma għandux ġieħ f’pajjiżu. Mela meta wasal il-Galilija, il-Galilin laqgħuh tajjeb billi lkoll raw kulma kien għamel f’Ġerusalemm f’jum il-festa, għax huma wkoll kienu marru għall-festa.
U raġa’ ġie f’Kana tal-Galilija, fejn kien biddel l-ilma fi nbid. Issa f’Kafarnahum kien hemm uffiċjal tas-sultan u kellu lil ibnu marid. Meta sama’ li mil-Lhudija Ġesù kien ġie fil-Galilija, mar għandu jitolbu jinżel u jfejjaqlu lil ibnu, għax kien wasal fl-aħħar. U Ġesù qallu: “Jekk ma tarawx sinjali u għeġubijiet ma temmnux!” Qallu l-uffiċjal: “Inżel Mulej, qabel ma jmutli t-tifel.” Qallu Ġesù: “Mur, ibnek ħaj.” Ir-raġel emmen il-kelma li qallu Ġesù u telaq.
Huwa u nieżel, iltaqgħu miegħu l-qaddejja tiegħu u qalulu: “Ibnek ħaj!” Hu staqsiehom xħin kien meta beda jaqleb għall-aħjar, u huma qalulu: “Ilbieraħ fis-seba’ siegħa telqu d-deni.” Il-missier intebaħ li dak kien il-ħin meta Ġesù qallu: “Ibnek jgħix”, u emmen hu u l-familja kollha tiegħu. Dan kien sinjal ieħor, it-tieni wieħed, li għamel Ġesù meta ġie l-Galilija mil-Lhudija.