Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 18:23-28
Salm: 46 (47):2-3,8-9,10
L-Evanġelju: Ġw 16:23b-28
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, kulma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom. Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier.
Dakinhar intom titolbu f’ismi, u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom, għax il-Missier stess iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla. Ħriġt mingħand il-Missier u ġejt fid-dinja. Se nerġa’ nħalli d-dinja u mmur għand il-Missier.”