Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 5:1-6
Salm:
118 (119):41,43,44,45,47,48

L-Evanġelju: Lq 11:37-41

Huwa u jitkellem, wieħed Fariżew stiednu għandu għall-ikel. Daħal għandu u qagħad bilqiegħda. Imma l-Fariżew stagħġeb meta ra li qabel xejn ma nħasilx skont ir-riti ta’ qabel l-ikel.U l-Mulej qallu: “U issa intom il-Fariżej! Intom tnaddfu t-tazza u l-platt minn barra, iżda minn ġewwa intom mimlija bis-serq u l-ħażen. Kemm intom bla moħħ! Min għamel in-naħa ta’ barra, ma għamilx ukoll in-naħa ta’ ġewwa? Mela agħtu karità minn dak li hemm ġewwa, u taraw kif kollox ikunilkom nadif.” 

Qaddis tal-jum: San Ġwanni XIII, Papa