Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Tit 2:1-8,11-14
Salm: 36 (37):3-4,18 u 23,27 u 29
L-Evanġelju: Lq 17:7-10
F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x’se jgħidlu: ‘Ejja, isa, u oqgħod għall-ikel’? jew: ‘Lestili x’niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int’? Jaqaw se jroddlu ħajr lill-qaddej talli jkun għamel li ordnalu?
Hekk ukoll intom, meta tagħmlu kulma tkunu ordnati, għidu: ‘Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn; għamilna biss dak li kellna nagħmlu’.”
Qaddis tal-jum: San Ġosofat, isqof u martri