Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Gal 3:22-29
Salm: 104 (105):2-3,4-5,6-7
L-Evanġelju: Lq 11:27-28
F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!” Iżda hu qalilha: “Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!”