Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 6:1-7
Salm: 32 (33):1-2,4-5,18-19
L-Evanġelju: Ġw 6:16-21
Xħin sar filgħaxija, id-dixxipli ta’ Ġesù niżlu ħdejn il-baħar, rikbu dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor tal-baħar, lejn Kafarnahum.Kien ġa dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom. Il-baħar kien qam sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi.
Mela wara li kienu qadfu xi ħamsa u għoxrin jew tletin stadju, raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu. Imma hu qalilhom: “Jiena hu, la tibżgħux.” Għalhekk riedu jtellgħuh fuq id-dgħajsa, iżda minnufih id-dgħajsa messet l-art fejn kienu sejrin.
Qaddis tal-jum: San Martin I, papa u martri