• Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 2, 4b-9.15-17
    Salm: 103 (104), 1-2a.27-28.29bċ-30

    L-Evanġelju: Mk 7, 14-23

     

  • F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ sejjaħ in-nies lejh u qalilhom: “Isimgħuni, intom ilkoll, u ifhmuni! Ma hemm xejn minn barra li meta jidħol fi bniedem itebbgħu; imma dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem”.

    Meta ħalla n-nies u daħal id-dar, id-dixxipli tiegħu staqsewh fuq il-parabbola. U hu qalilhom: “Intom ukoll daqshekk bla moħħ? Ma tifhmux li xejn ma jista’ jtabba’ lill-bniedem minn dak li jidħol ġo fih minn barra, la darba dan mhux fil-qalb imur, iżda fl-istonku, biex imbagħad jintrema fil-ħofra?”. B’hekk wera li l-ikel kollu hu safi.

    U qalilhom: “Dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem. Għax hu minn ġewwa, mill-qalb tal-bniedem, li joħorġu l-ħsibijiet il-ħżiena, żína, serq, qtil, adulterju, regħba, ħażen, qerq, libertinaġġ, għira, malafama, suppervja u bluha. Dal-ħażen kollu minn ġewwa joħroġ u jtabba’ lill-bniedem”.