Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: 1 Kor 12:12-14,27-31a
Salm: 100 (101):1-2ab,2ċd-3ab,5,6
L-Evanġelju: Lq 7:11-17
F’dak iż-żmien, Ġesù mar f’belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta’ nies. Kif wasal qrib il-bieb tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta’ nies mill-belt. Kif raha l-Mulej tħassarha u qalilha: “Tibkix!”. Resaq, u mess it-tebut. Dawk li kienu qegħdin jerfgħuh waqfu. U hu qal: “Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, qum!”. U l-mejjet qam bilqiegħda u beda jitkellem. U Ġesù tah lil ommu. In-nies kollha tkexkxu bil-biża’, u bdew jagħtu glorja lil Alla u jgħidu: “Profeta kbir qam fostna”, u: “Alla żar il-poplu tiegħu”. U dan il-kliem li qalu xtered mal-Lhudija u dawk l-inħawi kollha.
Qaddis tal-jum: San Ġwann Krisostmu, isqof u duttur tal-Knisja