Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 48:1-4,9-11
Salm: 
79 (80):2aċ u 3b,15-16,18-19

L-Evanġelju: Mt 17:10-13

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien nieżel minn fuq il-muntanja, id-dixxipli staqsewh: “Mela kif jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?” Hu weġibhom: “Elija jiġi, iva, u jerġa’ jqiegħed kollox f’postu. Imma ngħidilkom: Elija ġa ġie, u huma baqgħu ma għarfuhx, imma ġiebu ruħhom miegħu kif għoġobhom. Hekk ukoll Bin il-bniedem għandu jsofri minnhom.” Imbagħad id-dixxipli fehmu li hu kien qiegħed jgħidilhom għal Ġwanni l-Battista.

Qaddis tal-jum: San Ġwann tas-Salib, presbiteru u duttur tal-Knisja