Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 41:13-20
Salm:
144 (145):1 u 9,10-11,12-13ab

L-Evanġelju: Mt 11:11-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu. Minn żmien Ġwanni l-Battista sal-lum is-Saltna tas-Smewwiet il-bnedmin qegħdin jitħabtu bis-sħiħ għaliha, u dawk li jitħabtu bis-sħiħ jaħtfuha. Għax il-Profeti kollha, u wkoll il-Liġi, ħabbru sa żmien Ġwanni, u, jekk tridu temmnuni, dan hu Elija li għandu jiġi. Min għandu widnejn ħa jisma’!”

Qaddis tal-jum: San Ġwann tas-Salib, presbiteru u duttur tal-Knisja