-
-
Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Est 4, 17
Salm: 137 (138), 1-2a.2bċ-3.7ċ-8L-Evanġelju: Mt 7, 7-12
-
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Itolbu, u jingħatalkom; fittxu, u ssibu; ħabbtu, u jiftħulkom. Għax kull min jitlob, jaqla’, min ifittex isib, u min iħabbat jiftħulu. Min hu dak il-bniedem fostkom li, jekk ibnu jitolbu biċċa ħobż, sejjer jagħtih ġebla? Jew jekk jitolbu ħuta, sejjer jagħtih serp?
Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar Missierkom li hu fis-smewwiet jagħti ħwejjeġ tajba lil min jitlobhomlu! Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti”.