Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil:7-20
Salm:
145 (146):7,8-9a,9bċ-10

L-Evanġelju: Lq 17:20-25

F’dak iż-żmien, il-Fariżej staqsew lil Ġesù meta kienet se tiġi s-Saltna ta’ Alla, u hu weġibhom: “Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru; lanqas ħadd ma hu se jgħid: ‘Arawha, hawn’, jew: ‘Hemm’, għax araw, is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda!”

Lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Għad jiġi żmien meta tkunu tixtiequ taraw jum wieħed minn żmien Bin il-bniedem u ma tarawhx. U jgħidulkom: ‘Arawh, hawn hu’, jew: ‘Arawh, hemm hu!’ Tmorrux, tiġrux warajhom. Għax bħalma berqa tleħħ u tiddi minn tarf għal ieħor tas-sema, hekk jidher Bin il-bniedem nhar il-Jum tiegħu. Iżda qabel xejn hu għandu jbati ħafna minn dan in-nisel u jkun miċħud minnu.”