-
-
L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes – Festa
Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Numri 21:4b-9
Salm: 77, 1-2, 34-38L-Evanġelju: Ġw 3:14-17
-
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: «Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema. U kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.»
Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.