Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Is 10, 5-7.13-16
Salm: 93 (94), 5-6.7-8.9-10.14-15
L-Evanġelju: Mt 11, 25-27
F’dak iż-żmien, Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.
Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”.
Qaddis tal-jum: San Bonaventura, Isqof u Duttur tal-Knisja