-
-
Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Atti 12, 24 – 13, 5a
Salm: 66 (67), 2-3.5.6 u 8L-Evanġelju: Ġw 12, 44-50
-
F’dak iż-żmien, Ġesù għolla leħnu u qal: “Min jemmen fija jkun qiegħed jemmen mhux fija imma f’min bagħatni; u min jara lili jkun qiegħed jara lil min bagħatni. Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam. Min jisma’ kliemi u ma jħarsux, jiena ma nagħmilx ħaqq minnu, għax jien ma ġejtx biex nagħmel ħaqq mid-dinja, iżda biex insalva d-dinja.
Min imaqdar lili u ma jilqax kliemi, hemm min jagħmel ħaqq minnu: il-kelma li jiena għedt; tkun hi li tagħmel ħaqq minnu fl-aħħar jum. Għax jien ma għedt xejn minn moħħi, imma kien dak li bagħatni, jiġifieri l-Missier, li ordnali xi ngħid u nitkellem. U jiena naf li l-ordni tiegħu hija l-ħajja ta’ dejjem. Dak li ngħid jien, ngħidu kif qalli l-Missier”.