Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 7:51 – 8:1a
Salm:
30 (31):3ċd-4, 6ab u 7b u 8a, 17 u 21ab

L-Evanġelju: Ġw 6:30-35

F’dak iż-żmien, in-nies staqsew lil Ġesù: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: ‘Tahom jieklu ħobż mis-sema.'”

Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja.”

Qalulu huma: “Sinjur, agħtina dejjem minn dan il-ħobż.” Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx!”