-
-
Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Atti 13, 13-25
Salm: 88 (89), 2-3.21-22.25 u 27L-Evanġelju: Ġw 13, 16-20
-
Wara li ħaslilhom saqajhom, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir mhuwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier ma hu aqwa minn min jibagħtu. Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom.
Jien m’iniex ngħid għalikom ilkoll, għax jien naf x’nies għażilt, imma għandha sseħħ l-Iskrittura li tgħid: “Min kiel il-ħobż miegħi, tani bis-sieq”. Dan qiegħed ngħidu minn issa, qabel ma jiġri, biex, meta jiġri, temmnu li jiena hu. Tassew tassew ngħidilkom, min jilqa’ lil min nibgħat jien, ikun jilqa’ lili, u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni”.