Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Ġak 1, 1-11
Salm: 118 (119), 67.68.71.72.75.76
L-Evanġelju: Mk 8, 11-13
F’dak iż-żmien, ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha ma’ Ġesù; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema. Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal: “Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel”.
U telaqhom, raġa’ tala’ fuq id-dgħajsa u mar ix-xatt l-ieħor.