-
-
Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Dan 9, 4b-10
Salm: 78 (79), 8.9.11 u 13L-Evanġelju: Lq 6, 36-38
-
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra. Agħtu, u jingħatalkom.
Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom”.