Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 18:1-8
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4
L-Evanġelju: Ġw 16:16-20
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”. Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser dan li qiegħed jgħid: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”, u li: “Jiena sejjer għand il-Missier”?”. Għalhekk qalu: “X’inhu dan il-“ftit ieħor” li hu qiegħed jgħid? Ma nafux xi jrid jgħid”.
Ġesù għaraf li xtaqu jistaqsuh. Għalhekk qalilhom: “Qegħdin tistaqsu lil xulxin fuq dak li għedt: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”? Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena”.
Qaddis tal-jum: San Ġwann I, papa u martri