-
-
San Luqa, Evanġelista – Festa
Qari tal-jum -
L-Ewwel Qari: 2 Tim 4, 10-17b
Salm: 144, 10-13.17-18L-Evanġelju: Lq 10, 1-9
-
F’dak iż-żmien: il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sa jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom, la but, la ħorġa, u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu ’l ħadd.
Fid-dar fejn tidħlu, l-ewwel għidu, ‘Sliem lil din id-dar’. U jekk fiha jkun hemm bin is-sliem, jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu; jekk le, it-tislima tagħkom terġgħalkom lura għandkom. Ibqgħu għand dik il-familja, u kulu u ixorbu milli jkollhom huma, għax il-ħaddiem ħaqqu ħlasu. Toqogħdux idduru mingħand familja għal oħra. F’kull belt li fiha tmorru u jilqgħukom, kulu dak li jqegħdulkom quddiemkom; fejqu l-morda tagħha, u lin-nies għidulhom, ‘Is-Saltna ta’ Alla waslitilkom’”.