Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 12:31 – 13:13
Salm:
32 (33):2-3,4-5,12 u 22

L-Evanġelju: Lq 7:31-35

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ma’ min, mela, se nxebbahhom in-nies ta’ dan iż-żmien? Lil min jixbhu? Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajtu lil xulxin u jgħidu: ‘Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom!’ 

Għax tassew, ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u lanqas jixrob inbid, u intom tgħidu li ‘għandu fih xitan’. Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u tgħidu: ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin!’ Imma l-ulied ta’ Alla kollha taw raġun lill-għerf tiegħu.”