Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 34:29-35
Salm:
98 (99):5,6,7,9

L-Evanġelju: Mt 13:44-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kulma jkollu u jixtri dik l-għalqa.

Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kulma kellu u xtara lilha”.

Qaddis tal-jum: San Ewsebju, isqof ta’ Vercelli