Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 15:7-21
Salm: 95 (96):1-2a,2b-3,10
L-Evanġelju: Ġw 15:9-11
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.”
Qaddis tal-jum: San Atanasju, Isqof u Duttur tal-Knisja