Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 5:27-33
Salm: 33 (34):2 u 9,17-18,19-20
L-Evanġelju: Ġw 3:31-36
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Dak li hu ġej minn fuq hu fuq kulħadd; min hu mill-art hu tal-art u jgħid ħwejjeġ tal-art; dak li hu ġej mis-sema hu fuq kulħadd u jixhed dak li ra u sama’; imma x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha. Min ikun laqa’ x-xhieda tiegħu jkun wettaq li Alla hu l-verità. Għax dak li bagħtu Alla jgħid il-kliem ta’ Alla, għax Alla ma jagħtix l-Ispirtu bil-kejl.
Il-Missier iħobb lill-Iben, u ħalla kollox f’idejh. Min jemmen fl-Iben għandu l-ħajja ta’ dejjem; iżda min ma joqgħodx għall-Iben ma jarax il-ħajja, imma tibqa’ fuqu l-korla ta’ Alla”.