Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: 1 Tim 3:14-16
Salm: 110 (111):1-2,3-4,5-6
L-Evanġelju: Lq 7:31-35
F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ma’ min, mela, se nxebbahhom in-nies ta’ dan iż-żmien? Lil min jixbhu? Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajtu lil xulxin u jgħidu: “Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom!”
Għax tassew, ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u lanqas jixrob inbid, u intom tgħidu li “għandu fih xitan”. Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u tgħidu: “Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin!”. Imma l-ulied ta’ Alla kollha taw raġun lill-għerf tiegħu”.
Qaddis tal-jum: San Andrija Kim Taegon, presbiteru u San Pawl Chong Hasang u sħabhom martri