Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Ġak 4:13-17
Salm: 48 (49):2-3,6-7,8-10,11
L-Evanġelju: Mk 9:38-40
F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi. Għax min mhuwiex kontra tagħna, huwa magħna.”
Qaddis tal-jum: Santa Rita minn Cascia, reliġjuża