-
-
San Bartilmew, Appostlu – Festa
Qari tal-jum -
L-Ewwel Qari: Apok 21, 9b-14
Salm: 144, 10-13.17-18L-Evanġelju: Ġw 1, 45-51
-
F’dak iż-żmien: Filippu sab ’il Natanael u qallu: “Sibna ’l dak li fuqu kitbu Mosè, fil-Liġi, u l-profeti, Ġesù ta’ Nazaret, bin Ġużeppi.” Qallu Natanael: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” “Ejja u ara,” wieġbu Filippu.
Meta Ġesù ra lil Natanael riesaq lejh, qal: “Hawn hu Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanael staqsieh: “Rabbi, kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt siġra tat-tin qabel ma kellmek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanael, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Israel!”
Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għidtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? Għad tara ħwejjeġ akbar minn dawn.” U żied jgħidlu: ‘Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom: għad taraw is-sema miftuħ u l-anġli ta’ Alla niżlin u telgħin fuq Bin il-bniedem.”