Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Ġak 5:13-20
Salm: 140 (141):1-2,3 u 8
L-Evanġelju: Mk 10:13-16
F’dak iż-żmien, ġiebu quddiem Ġesù xi tfal ċkejknin biex iberikhom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajtu magħhom. Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom: “Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna ta’ Alla. Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha.” Imbagħad ħaddanhom miegħu u qiegħed idejh fuqhom u berikhom.
Qaddis tal-jum: San Beda l-Vulnerabbli, presbiteru u duttur tal-Knisja, San Girgor VII, papa, u Santa Marija Maddalena de’ Pazzi