Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Prov 30:5-9
Salm: 118 (119):29,72,89,101,104,163
L-Evanġelju: Lq 9:1-6
F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lit-Tnax madwaru u tahom qawwa u setgħa fuq ix-xjaten kollha u li jfejqu l-mard. U bagħathom ixandru s-Saltna ta’ Alla u jfejqu l-morda.
U qalilhom: “Tieħdu xejn magħkom għat-triq, la ħatar, la ħorġa, la ħobż u lanqas flus, u lanqas ma jkollkom żewġ ilbiesi. Jekk tidħlu f’xi dar, ibqgħu hemm sa ma tiġu biex titilqu. Jekk ma jilqgħukomx, oħorġu minn dik il-belt u farfru sa t-trab tagħha minn ma’ riġlejkom bħala xhieda kontrihom.”
Ħarġu, mela, u bdew iduru l-irħula jxandru l-Evanġelju u jfejqu l-morda kullimkien.