-
-
Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Ħag 1, 1-8
Salm: 149 (150), 1-2.3-4.5-6a u 9bL-Evanġelju: Lq 9, 7-9
-
F’dak iż-żmien, dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi.
Iżda Erodi qal: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?”. U beda jfittex li jarah.
Qaddisin tal-jum: San Kożma u San Damjan, Martri