Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Koħ 1:2-11
Salm: 89 (90):3-4,5-6,12-13,14 u 17
L-Evanġelju: Lq 9:7-9
F’dak iż-żmien, dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi.
Iżda Erodi qal: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?” U beda jfittex li jarah.
Qaddisin tal-jum: San Kosma u San Damjan, martri