Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 18:9-18
Salm: 46 (47):2-3,4-5,6-7
L-Evanġelju: Ġw 16:20-23a
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena. Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja. Hekk intom, issa tħossukom imdejqa; imma għad nerġa’ narakom u qalbkom tifraħ, u l-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom. F’dak il-jum xejn ma tistaqsuni”.
Qaddis tal-jum: Santu Wistin ta’ Canterbury, isqof