-
-
Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Ħag 1, 15b – 2,9
Salm: 42 (43), 1.2.3.4L-Evanġelju: Lq 9, 18-22
-
Darba, waqt li Ġesù kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?”. Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi”. Qalilhom: “Imma intom min tgħidu li jien?”. Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla”.
Imbagħad ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan. U qalilhom: “Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum”.
Qaddis tal-jum: San Vinċenz de Paul, Presbiteru